Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – CSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/13) 1

(“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2006/42/KE — Makkinarju li jġib il-marka ‘CE’ — Rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà — Riskji għas-sigurtà tal-persuni — Klawżola ta’ salvagwardja — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara ġġustifikata miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSF Srl (Grumolo delle Abbadesse, l-Italja) (rappreżentanti: R. Santoro, S. Armellini u R. Bugaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, aġent, assistit minn M. Pappalardo, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u M. Wolff, sussegwentement minn M. Wolff, C. Thorning, U. Melgaard u N. Lyshøj, aġenti)

SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (ĠU L 101, p. 29). DispożittivIr-rikors huwa miċħud. CSF Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 233, 10.08.2013.