Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 – Emsibeth vs UASI – Peek & Cloppenburg (Nael)

(Kawża T-596/13)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Emsibeth SpA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: A. Arpaia, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Nael”, għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 726 894

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg KGTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “Mc Neal”, għal prodotti fil-klassi 3Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.