Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Baumarkt Praktiker Deutschland (PRO OUTDOOR)

(Kawża T-127/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRO OUTDOOR – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti OUTDOOR garden barbecue camping – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell – Artikoli 60 u 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spajna) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1900/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH u El Corte Inglés, SA.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1900/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Praktiker deutschland GmbH u El Corte Inglés, SA, hija annullata billi l-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ El Corte Inglés, SA dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti għall-prodotti inkwistjoni minbarra t-“tagħmir għall-ipproċessar

tad-data u l

-kompjuters”, li jinsabu fil-klassi 9.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-UASI u El Corte Inglés, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess.