Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Direct Way u Direct Way Worldwide vs Il-Parlament

(Kawża T-126/13) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Trasport tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tiddikjara bla riżultat u li tagħlaq il-proċedura ta’ sejħa għal offerti u li tibda proċedura nnegozjata – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Ugwaljanza fit-trattament – Tibdil sostanzjali fil-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Direct Way (Machelen, il-Belġju) u Directway Worldwide (Machelen) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ tliet deċiżjonijiet tal-Parlament dwar l-għoti tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ trasport tal-Membri tal-Parlament fi Brussell. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Direct Way u Directway Worldwide huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.