Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-546/20, Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-101/22 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, M. Ilkova, O. Verheecke, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Sopra Steria Benelux, Unisys Belgium

Talbiet

Tannulla l-punti 52 sa 57, 60, 61, 66, 68 u 69 tas-sentenza appellata;

Tiċħad it-talba għal annullament;

Tikkundanna lil Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium għall-ispejjeż ta’ din il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali billi kklassifikat l-ittra tal-partijiet rikorrenti fl-ewwel istanza tal-10 ta’ Lulju 2020 bħala “talba espressa” intiża biex jinkisbu r-raġunijiet li wasslu lill-awtorità kontraenti ma tqisx l-offerta magħżula bħala anormalment baxxa.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żnaturament tal-fatti billi evalwat b’mod żbaljat il-kontenut tat-tweġiba tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2020.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq kunsiderazzjoni żbaljata tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-awtorità kontraenti bis-saħħa tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 170(3) tar-Regolament Finanzjarju meta l-awtorità kontraenti tqis li l-offerta magħżula ma hijiex anormalment baxxa.

____________