Language of document : ECLI:EU:T:2012:8





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)

(Kawża T-513/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Atrium — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks komposti esklużivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jidentifikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 15-20)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 291/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Atrium bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hamberger Industriewerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.