Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Frar 2012 - skytron energy vs UASI (arraybox)

(Kawża T-321/09) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali arraybox - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.J. Omsels u C. Danziger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1680/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali arraybox bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

skytron energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.