Language of document : ECLI:EU:F:2008:172

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tielet Awla)

11 ta’ Diċembru 2008

Kawża F-92/07

Pascal Evraets

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2006 – Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu, P. Evraets jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix promoss bħala parti mill-proċedura ta’ promozzjoni 2006.

Deċiżjoni: Id-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss bħala parti mill-proċedura ta’ promozzjoni 2006 hija annullata. Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u tar-rikorrent. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

1.      Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Nuqqas ta’ produzzjoni tal-att ikkontestat

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(3) sa (6))

2.      Uffiċjali – Promozzjoni – Kundizzjonijiet – Dimostrazzjoni tal-kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45(2); Anness III, Artikolu 7, u Anness XIII, Artikolu 11)

1.      Meta r-Reġistratur, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 44(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ma jistedinx lir-rikorrent, li mar-rikors tiegħu ma jkunx bagħat annessa d-deċiżjoni kkontestata, sabiex jirregola dan ir-rikors, il‑qorti Komunitarja ma tistax iċċaħħdu minn tali possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni billi tiddikjara inammissibbli r-rikors minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 44(4) tal-imsemmija Regoli tal-Proċedura.

(ara l-punt 21)

Referenza: It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 5 ta’ Novembru 2008, Avanzata et vs Il‑Kummissjoni, F‑48/06, Ġabra p. I‑0000, punti 49 u 50

2.      L-Artikolu 45(2) tar-Regolament tal-Persunal, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 73/2004, li jemenda r-Regolament tal-Persunal kif ukoll is‑sistema applikabbli għall-membri l-oħra tal-persunal, li tipprovdi l-obbligu, għall-uffiċjal, li juri, qabel l-ewwel promozzjoni tiegħu, il-kapaċità tiegħu li jaħdem bi tliet lingwi, hija applikabbli biss sa mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet komuni ta’ eżekuzzjoni, adottati bi qbil komuni mill-istituzzjonijiet.

Fil-fatt, peress li l-leġiżlatur, fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 11 tal-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal, eskluda l-applikazzjoni tiegħu għall-promozzjonijiet li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2006, l-Artikolu 45(2), ma jistax jiġi applikat qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija dispożizzjonijiet komuni ta’ eżekuzzjoni fil-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlatur, jiġifieri l-garanzija ta’ applikazzjoni uniformi fid-diversi istituzzjonijiet u r-rabta ta’ dan l-obbligu regolamentari għall-possibbiltà, għall-uffiċjali, li jaċċedu għat-tagħlim tat-tielet lingwa. B’hekk, istituzzjoni ma tistax tapplika dan l-artikolu tar-Regolament tal-Persunal skont regoli stabbiliti minnha biss.

(ara l-punti 35 sa 38)