Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Collard vs Il-Parlament u ID

(Kawża T-53/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gilbert Collard (Vauvert, Franza) (rappreżentant: B. Kuchukian, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Groupe politique Identité et démocratie (ID)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla iż-żewġ deċiżjonijiet, l-ewwel dik tas-sospensjoni provviżorja tat-22 ta’ Jannar 2022, it-tieni dik tal-esklużjoni tal-25 ta’ Jannar 2022;

tordna s-sospensjoni immedjata taż-żewġ deċiżjonijiet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors intiż għall-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2022 tal-bureau tal-Groupe politique Identité et démocratie (ID) li tissospendih mill-grupp għal perijodu ta’ xahrejn u, it-tieni, tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Jannar 2022 tal-Groupe politique Identité et démocratie (ID) li teskludih mill-imsemmi grupp, ir-rikorrenti jallega fir-rigward ta’ dawn id-deċiżjonijiet, fil-forma, in-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura bażika dixxiplinari u, fil-mertu, li ma għandhom ebda bażi valida.

____________