Language of document : ECLI:EU:T:2010:316





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2010 – Foundation IDIAP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Is-sitt programm qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni – Ittra li tikkonferma r-riżultati ta’ verifika finanzjarja – Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 9-11)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Materjalizzazzjoni ta’ dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-26)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 27, 28)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2010 li tikkonferma r-riżultati tal-verifika li tirrigwarda l-analiżi tal-ispejjeż ippreżentati mir-rikorrenti, għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007 f’dak li jirrigwarda l-proġett Amida kif ukoll għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2007 f’dak li jirrigwarda il-proġetti Bacs u Dirac.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.