Language of document : ECLI:EU:T:2012:552





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2012 – Fondation IDIAP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10)

“Klawsola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti dwar il-proġetti Amida, Bacs u Dirac — Spejjeż eliġibbli — Mudell ta’ spejjeż addizzjonali — Salarju tar-riċerkaturi li jibbenefikaw minn kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat — Nuqqas ta’ riżorsi proprji tal-kontraenti”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Salarji tar-riċerkaturi li jibbenefikaw minn kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat — Spejjeż addizzjonali — Ċertifikazzjoni minn awditur, maħtur mill-parti kontraenti, tal-eliġibbiltà ta’ dawn l-ispejjeż — Verifika, diliġenti mill-Kummissjoni, li tattesta l-ineliġibbiltà ta’ dawn l-ispejjeż — Ammissibbiltà — Talba ġudizzjarja intiża sabiex tinkiseb, fir-rigward ta’ dawn l-istess spejjeż, dikjarazzjoni ta’ eliġibbiltà kif ukoll dikjarazzjoni ta’ assenza ta’ rimbors — Talba infondata (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2321/2002, subparagrafu 1 tal-Artikoli 12(2), u 14(2); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 61-84, 88-96)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Dikjarazzjoni astratta –– Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 106)

3.                     Rikors għal annullament — Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi sabiex tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 111)

4.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Inkompetenza tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 113, 114)

Suġġett

Talba mressqa prinċipalment abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża sabiex tinkiseb mill-Qorti Ġenerali dikjarazzjoni li ċerti spejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-Kuntratti Nru 33812, dwar il-proġett Amida, Nru 27140, dwar il-proġett Bacs u Nru 27787, dwar il-proġett Dirac, konklużi mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tas-Sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-riċerka u għall-innovazzjoni (2002‑2006), stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 576), huma eliġibbli għal rimbors u li, konsegwentement, ir-rikorrenti ma għandhiex tirrimborsa s-somom ta’ EUR 98 042.45 għall-kuntratt dwar il-proġett Dirac u ta’ EUR 251 505.76 għall-kuntratt dwar il-proġett Amida, kif ukoll talba mressqa sussidjarjament abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, intiża sabiex jinkiseb, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonfermat il-konklużjonijiet ta’ verifika li ddikjarat l-ispejjeż inkwistjoni ineliġibbli u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex twettaq minnufih verifika tal-proġetti li kellhom jitwettqu minn kumpannija oħra differenti minn dik li kienet wettqet l-ewwel verifika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Fondation de l’Institut de recherche IDIAP hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.