Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Lulju 2010 - Foundation IDIAP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10 R)

("Talba għal miżuri provviżorji - Is-sitt programm qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma r-riżultati ta' verifika finanzjarja - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation de l'Institut de recherche IDIAP (Martigny, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Chapus Rapin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2010 li tikkonferma r-riżultati tal-verifika li tirrigwarda l-analiżi tal-ispejjeż ippreżentati mir-rikorrenti, għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007 f'dak li jirrigwarda l-proġett Amida kif ukoll għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007 f'dak li jirrigwarda il-proġetti Bacs u Dirac.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma riservati.

____________