Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2010 - Psarras vs ENISA

(Kawża F-118/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aristidis Psarras (Heraklion, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta' kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra sabiex taqdi din il-kariga. Min-naħa l-oħra, talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-atti kkontestati u minħabba l-fasatidju li huwa jallega li subixxa.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tal-ENISA, tas-7 ta' Frar 2010, li r-rikorrent jitneħħa immedjatament mill-kariga tiegħu ta' kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra fil-pożizzjoni ta' kontabbli għal żmien indefinit;

jannulla, inkwantu att preparatorju, l-Anness 1 tad-deċiżjoni tas-7 ta' Frar 2010 msemmija iktar 'il fuq, dan l-Anness 1 huwa l-proposta tad-Direttur Eżekuttiv tal-Bord ta' Ġestjoni li l-kariga ta' kontabbli tiġi assenjata b'mod permanenti lil persuna oħra u li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta' kontabbli;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni, tal-1 ta' Marzu 2010 adottata bħala konsegwenza ta' dan mid-Direttur eżekuttiv, li r-rikorrent jiġi assenjat pożizzjoni ġdida skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal;

bħala konsegwenza ta' dawn l-annullamenti, jerġa jistabbilixxi lir-rikorrent fil-pożizzjoni ta' kontabbli tal-Aġenzija;

jikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent s-somma ta'EUR 10 000 bħala kumpens minn naħa, għad-dannu subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati u, min-naħa l-oħra, għad-danni morali subiti minħabba l-fastidju psikoloġiku li tiegħu huwa kien vittma, bla ħsara għal żieda matul il-proċedura;

tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż.

____________