Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA

(Kawża T-316/06)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità - Interessi għal dewmien")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti, aġent, assistit minn J.-L Fagnart u F. Longfils, avukati)

Konvenuta: Premium SA (Roeulx, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Bertouille u D. Joos de ter Beerst, avukati)

Suġġett

Appell skont l-Artikolu 238 KE bil-għan li tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lura parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għal dewmien, minħabba li ma ġewx rispettati ċerti obbligi kuntrattwali.

Dispożittiv

Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 57 605,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

-    bir-rata ta' 3.36 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

-    bir-rata ta' 3.47 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

-    bir-rata ta' 2.74 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2000;

-    bir-rata ta' 4.26 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002;

-    bir-rata ta' 3.29 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003;

-    bir-rata ta' 2.27 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004;

-    bir-rata ta' 2.05 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

-    bir-rata ta' 2.11 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

-    bir-rata applikabbli skont il-liġi Franċiża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

2)    Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 30 988.74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

-    bir-rata ta' 3.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

-    bir-rata ta' 2.85 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

-    bir-rata ta' 3.6 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001;

-    bir-rata ta' 2.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2002;

-    bir-rata ta' 2.15 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004;

-    bir-rata ta' 2.4 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

-    bir-rata ta' 2.5 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

-    bir-rata applikabbli skont il-liġi Daniża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

3)    Premium hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.