Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 - Ercros vs UASI - Degussa (TAI CROS)

(Kawża T-315/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TAI CROS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CROS - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ercros, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: R. Thierie, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Degussa GmbH, li qabel kienet Degussa AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Settembru 2006 (Każ R 29/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ercros, SA u Degussa GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ercros, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.