Language of document : ECLI:EU:T:2008:514





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Premium

(Kawża T-316/06)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni – Rimbors ta’ parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità – Interessi moratorji”

1.                     Baġit tal-Komunitajiet Ewropej - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna (ara l-punt 38)

2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Kunsill 91/394) (ara l-punti 48, 58, 65, 70, 71, 78, 81)

Suġġett

Rikors skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi moratorji, minħabba li ma ġewx osservati ċerti obbligi kuntrattwali.

Dispożittiv

1)

Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 57 605.74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi moratorji:

–      bir-rata ta’ 3.36 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998;

–      bir-rata ta’ 3.47 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 1999;

–      bir-rata ta’ 2.74 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2000;

–      bir-rata ta’ 4.26 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002;

–      bir-rata ta’ 3.29 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003;

–      bir-rata ta’ 2.27 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2004;

–      bir-rata ta’ 2.05 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005;

–      bir-rata ta’ 2.11 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data ta’ din is-sentenza;

–      bir-rata applikabbli skont il-liġi Franċiża għall-perijodu bejn id-data ta’ din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

2)Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 30 988.74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi moratorji:

–      bir-rata ta’ 3.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998;

–      bir-rata ta’ 2.85 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 1999;

–      bir-rata ta’ 3.6 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2001;

–      bir-rata ta’ 2.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2002;

–      bir-rata ta’ 2.15 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004;

–      bir-rata ta’ 2.4 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005;

–      bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data ta’ din is-sentenza;

–      bir-rata applikabbli skont il-liġi Daniża għall-perijodu bejn id-data ta’ din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

3)

3) Premium hija kkundannata għall-ispejjeż.