Language of document : ECLI:EU:T:2008:513





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Ercros vs UASI – Degussa (TAI CROS)

(Kawża T-315/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TAI CROS – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CROS – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 42, 43, 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2006 (Każ R 29/2006-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ercros, SA u Degussa GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Degussa GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva TAI CROS għal prodotti fil-klassi 1 – Applikazzjoni Nru 2768851

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Ercros, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali verbali CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS u t-trade marks nazzjonali figurattivi CROS għal prodotti fil-klassi 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ercros, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.