Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - Whirlpool Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-314/06)1

"Dumping - Importazzjonijiet ta' ċerti friġġ-freezers magħquda li joriġinaw mill-Korea t'Isfel - Definizzjoni ta' prodott ikkonċernat - Drittijiet tad-difiża - Kumitat konsultattiv - Obbligu ta' motivazzjoni - Għażla tal-metodu ta' definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Artikolu 15(2) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe Srl (Comerio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bronckers u F. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, agent, assistit minn G. Berrisch, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Albenzio, avvocato dello Stato); u l-Kunsill Ewropew għall-kostruzzjoni ta' apparat Domestiku (CECED) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Desmedt u A. Verheyden, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u LG Electronics, Inc. (Seul, Korea t'Isfel) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u P. Hecker, sussegwentement L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1289/2006, tal-25 ta' Awwissu 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju antidumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti friġġijiet "side-by-side" li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 236, p. 11).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Whirlpool Europe Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u LG Electronics, Inc.

Ir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew għall kostruzzjoni ta' apparat Domestiku (CECED) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.