Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Australian Gold vs UASI – Effect Management & Holding (HOT)

(Kawża T-611/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva HOT – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75tar-Regolament Nru 207/2009 – Appell inċidentali quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 – Rikors inċidentali quddiem il-Qorti Ġenerali – Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Australian Gold LLC (Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Effect Management & Holding GmbH (Vöcklabruck, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pernez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1881/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Australian Gold LLC u Effect Management & Holding GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1881/2012-4), hija annullata, sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jagħti deċiżjoni fuq l-applikazzjoni ta’ Australian Gold LLC relatata mal-“preparazzjonijiet għat-tindif, għall-lustrar, biex togħrok u biex tobrox” li jaqgħu taħt il-klassi 3 u mal-“preparazzjonijiet sanitarji għal skopijiet mediċi”, li jaqgħu taħt il-klassi 5 u sa fejn annullat u bidlet id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għall-“prodotti ta’ fwejjaħ, żjut meħudin minn pjanti, kożmetiċi, fost l-oħrajn xampùs, ġellijiet tad-doċċa, ħalib tal-ġisem, krema tal-wiċċ” li jaqgħu taħt il-klassi 3.L-appell ippreżentat minn Effect Management & Holding GmbH quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud fir-rigward tal-“prodotti ta’ fwejjaħ, żjut meħudin minn pjanti, kożmetiċi, fost l-oħrajn xampùs, ġellijiet tad-doċċa, ħalib tal-ġisem, krema tal-wiċċ”.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.It-talba għall-bidla mressqa minn Effect Management & Holding hija miċħuda.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 24, 25.01.2014.