Language of document : ECLI:EU:T:2013:112





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — FairWild Foundation vs UASI — Wild (FAIRWILD)

(Kawża T‑247/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali FAIRWILD — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WILD — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali FAIRWILD u WILD (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20, 22, 44, 46)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 31, 34)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1014/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rudolf Wild GmbH & Co. KG u FairWild Foundation.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FairWild Foundation hija kkundannata għall-ispejjeż.