Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2010 - Henkel vs UASI - JLO Holding (LIVE)

(Kawża T-414/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Milbradt, sussegwentement C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: JLO Holding Company, LLC (Santa Monica, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Klett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Lulju 2009 (Każ R 609/2008-1), dwar proċedimenti ta' revoka bejn Henkel AG & Co. KGaA u JLO Holding Company, LLC.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009