Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-613/21) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ invalidità – Talbiet għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni amministrattiva – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Ċaħda tat-talba – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola ta' konkordanza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Regoli dwar il-provi – Prova prima facie – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Dritt għall-protezzjoni tad-data personali – Responsabbiltà – Dannu morali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: XH (rappreżentant: P. Nowak, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni D/374/20 tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Diċembru 2020 li tiċħad it-talba tagħha għal assistenza u, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2021) 3466486 tal-21 ta’ Mejju 2021 dwar ir-riferiment lill-Kumitat tal-Invalidità u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sofriet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

XH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 37, 24.1.2022.