Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Khan vs Il-Kunsill

(Kawża T-333/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina –  Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi  – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘negozjant influwenti’ – Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: German Khan (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rurarz, S. Van Overmeire u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 44 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66), u, min-naħa l-oħra, wara adattament tar-rikors, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

German Khan huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 276, 18.7.2022.