Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Coljnar vs EUIPO – Barbarian Sports Wear (Barbarian fashion)

(Kawża T-427/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Barbarian fashion – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BARBARIAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nataly Coljnar (Maribor, is-Slovenja) (rappreżentant: A. Šiška, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Barbarian Sports Wear Inc. (Kitchener, Ontario, il-Kanada)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1953/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nataly Coljnar u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Barbarian Sports Wear Inc. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-atti proċedurali ppreżentati minnha.

____________

1     ĠU C 326, 29.8.2022.