Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-790/21) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Assenjazzjoni mill-ġdid fl-interess tas-servizz – Deċiżjoni b’effett retroattiv adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenzi tal-qorti tal-Unjoni – Artikolu 266 TFUE – Artikoli 22a u 22ċ tar-Regolamenti tal-Persunal – Irregolaritajiet tal-proċedura prekontenzjuża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ imparzjalità – Terminu raġonevoli – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà – Dannu morali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Frar 2021 li tassenja mill-ġdid għad-Direttorat Ġenerali (DG) “Mobbilità u Trasport” b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013 kif ukoll id-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tiċħad parzjalment l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni materjali u morali li huwa allegatament ġarrab.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 3 000 lil PL.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż imġarrba minn PL, li għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 73, 14.2.2022.