Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2023 – Ċipru vs EUIPO – Kolios (HALLOUMAKI)

(Kawża T-594/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister-at-Law u C. Milbradt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Kolios AE Elliniki Viomichania Galaktos (Kilkis, il-Greċja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika ta’ Ċipru titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 19/2022-5).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 432, 14.11.2022.