Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – QN vs eu-LISA
(Kawża T-484/22) 1
“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Riklassifikazzjoni – Eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni tal-2021 – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ riklassifikazzjoni – Rati ta’ multiplikazzjoni bħala gwida – Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà”
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: QN (rappreżentant: H. Tagaras, avukat)
Konvenuta: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, assistit minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) tat-22 ta’ Diċembru 2021 li ma tirriklassifikahx skont l-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni tas-sena 2021 u min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni li huwa ġarrab wara n-nuqqas ta’ riklassifikazzjoni tiegħu.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu LISA) tat-22 ta’ Diċembru 2021 li ma tirriklassifikax lil QN wara l-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni tas-sena 2021 hija annullata.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
L-eu-LISA hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 380, 3.10.2022.