Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – AL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/22) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances għal wild dipendenti – Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Persuna assimilata għal wild dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Manteniment effettiv – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball ta’ evalwazzjoni – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Marzu 2021 sa fejn tordna l-irkupru ta’ ċerti somom imħallsa fil-kuntest ta’ allowances għal ommu u tliet ulied dipendenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AL huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 128, 21.3.2022.