Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/22) 1

(“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Portugall – Kunċett ta’ ‘bwar permanenti’ – Sistema ta’ pro rata – Verifiki fuq il-post – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 34(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: P. Barros da Costa u H. Almeida, aġenti, assistiti minn N. Domingues u G. Gomes, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u B. Rechena, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika Portugiża titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2022, L 157, p. 15), sa fejn din tirrigwarda l-ispejjeż li daħlet għalihom għal ammont ta’ EUR 117 066 097.40 fir-rigward tas-snin ta’ talba mill-2016 sa 2019.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 398, 17.10.2022.