Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2024 – Heraeus Electronics vs EUIPO – Welco (WELCO)

(Kawża T-513/23) 1

(“Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WELCO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti WELCO – Asenza ta’ inklużjoni tal-bidla tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata fir-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ locus standi” – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Heraeus Electronics GmbH & Co. KG (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Welco spol. s r. o. (Uherský Brod, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Ġunju 2023 (Każ R 2409/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Heraeus Electronics GmbH & Co. KG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, dawk esposti minn Welco spol. s r. o.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C, C/2023/37, 9.10.2023.