Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Diċembru 2009 - Giannopoulos vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/07 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Talba għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Nikos Giannopoulos (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-20 ta' Settembru 2007, Giannopoulos vs Il-Kunsill, (F-111/06, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Nikos Giannopoulos u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 22, 26.1.2008.