Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Mejju 2007 -

Negenman vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-255/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-maternità - Leave tal-mard - Data probabbli tat-twelid - Bidu tal-leave tal-maternità ")

Lingwa tal-Kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Negenman (Roosendaal, L-Olanda) (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn D. Waelbroeck, wara minn H. Tserepa-Lacombe, aġenti, din ta' l-aħħar assistita minn N. Rampal, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Minn-naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa d-dati tal-bidu u ta' tmiem tal-leave tal-maternità abbażi ta' l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u, minn-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2003 li tiffissa d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-leave tal-maternità hija annullata.

Il-r-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Il-Kummissjoni hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - GU C 288 tal-11.9.2004