Language of document : ECLI:EU:T:2008:88





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba' Awla) tat-3 ta’ April 2008 – KONGRA‑GEL et vsIl-Kunsill

(Kawża T-253/04)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Talbiet intiżi sabiex tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 48)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi (Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE u Artikolu 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001; Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/306) (ara l-punti 76-78)

3.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors imressaq kontra att implementat jew imħassar (Artikolu 233 KE) (ara l-punti 82-85)

4.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet issuspettati b’attivitajiet terroristiċi – Rekwiżiti minimi (Artikolu 253 KE; Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1 (4) u (6); Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001) (ara l-punti 95-98)

5.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża – Inammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 99-101)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/306/KE tat-2 ta’ April 2004, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar ċerti miżuri restrittivi speċifiċi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/902 (ĠU L 99, p. 28), u tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (ĠU L 344, p. 70), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/306/KE tat-2 ta’ April 2004, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar ċerti miżuri restrittivi speċifiċi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/902/KE hija annullata safejn din tikkonċerna KONGRA-GEL.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.