Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' April 2008 - KONGRA-GEL et vs Il-Kunsill

(Kawża T-253/04)1

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċertu persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar tal-fondi - Rikors għal annullament - Motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KONGRA-GEL u disa' rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru annessi mas-sentenza (rappreżentanti: M. Muller, QC, E. Grieves u C. Vine, barristers, u J.G. Pierce, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjon Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u D. Canga Fano, aġenti)

Parti internvenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: l-ewwel R. Caudwell, imbagħad E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/306/KE tat-2 ta' April 2004, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar certi miżuri restrittivi speċifiċi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/902 (ĠU L 99, p. 28), u tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (ĠU L 344, p. 70), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/306/KE tat-2 ta' April 2004, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar certi miżuri restrittivi speċifiċi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/902 hija annullata safejn din tikkonċerna KONGRA-GEL.

Il-Kunsill huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004.