Language of document : ECLI:EU:T:2013:385





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament

(Kawża T‑336/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Il-Parlament Ewropew — Att ta’ esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà tat-talba — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali — Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji — Att li ma jipproduċix effetti legali vinkolanti — Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament — Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(1)) (ara l-punti 23-27)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ membru parlamentari meħuda mill-grupp politiku tiegħu — Att mhux imputabbli għall-Parlament — Esklużjoni — Dikjarazzjoni tal-Parlament li tinforma fuq il-konsegwenzi tal-esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu — Att li jaffettwa biss l-organizzazzjoni interna tal-Parlament — Esklużjoni — Ksur tad-dritt għal rikors effettiv — Assenza (Artikolu 6(1) TUE; Artikolu 63 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 27, 28, 32, 33)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 39)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu — Inklużjoni — Assenza ta’ natura serja — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-46, 50)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Parlament Ewropew, adottat f’forma ta’ dikjarazzjoni mill-President tiegħu f’sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li mit-3 ta’ Ġunju 2013 ir-rikorrent ipoġġi bħala membru parlamentari mhux irreġistrat u huwa għalhekk eskluż mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.