Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembu 2014 – Borghezio vs Il-Parlament

(Kawża T-336/13) 1

(“Rikors għal annullament – Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew mill-grupp politiku li miegħu huwa rreġistrat – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Rikors manifestament inammissibbli”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mario Borghezio (Torino, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, meħuda fil-forma ta’ dikjarazzjoni tal-President tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li tindika li, mit-3 ta’ Ġunju 2013, ir-rikorrent kien qed jipparteċipa bħala deputat mhux irreġistrat minħabba l-esklużjoni tiegħu mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Mario Borghezio għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.