Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – Laboratorios Normon vs EUIPO – Sofar (NORMOCARE)

(Kawża T-19/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NORMOCARE – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti NOMOR – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Artikolu 60(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Normon, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: I. González-Mogena González, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sofar SpA (Trezzano Rosa, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 916/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Laboratorios Normon, SA u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 83, 6.3.2023.