Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/21) 1

(“Prodotti bijoċidali ( Oġġetti ttrattati ( Sustanza attiva carbendazim ( Regolament (UE) Nru 528/2012 ( Direttiva 98/8/KE ( Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 ( Approvazzjoni ( Tul tal-approvazzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ( Aspettattivi leġittimi ( Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Regoli tranżitorji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi), Troy Corp. (Florham Park, New Jersey, l-Istati Uniti) ) (rappreżentanti: D. Abrahams u Z. Romata, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley u R. Lindenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant : G. Bain, aġent), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti : M. Heikkilä, C. Buchanan u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/348 de tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 u 10 (ĠU 2021, L 68, p. 174).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Troy Chemical Company BV u Troy Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji rreġistrati bin-numru T-297/21 R.

Ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 289, 19.7.2021.