Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator

(Kawża C-518/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Awtorizzazzjoni mogħtija biss lill-Black Cabs iżda mhux lill-vetturi tal-kiri privat b’sewwieq li jużaw mogħdija għall-karozzi tal-linja — Kunċett ta’ “Għajnuna mill-Istat” — Riżorsi tal-Istat — Vantaġġ ekonomiku — Vantaġġ selettiv — Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’ Eventech Ltd

Konvenut: The Parking Adjudicator

Fil-preżenza ta’: London Borough of Camden, Transport for London

Dispożittiv

Il-fatt li, sabiex tinħoloq sistema ta’ trasport sigura u effettiva, il-Black Cabs huma awtorizzati jużaw il-mogħdijiet għall-karozzi tal-linja fit-toroq pubbliċi fis-sigħat li fihom il-limitazzjonijiet ta’ moviment fir-rigward ta’ dawn il-mogħdijiet japplikaw filwaqt li l-minicabs huma preklużi milli jiċċirkulaw fuqhom, ħlief biex jieħdu u jwasslu xi passiġġieri li jkunu rriżervaw minn qabel, ma jidhirx li huwa ta’ natura li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat lanqas li jagħti lil dawn it-taxis vantaġġ ekonomiku selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, liema fatt, madankollu, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.Ma jistax jiġi eskluż li l-fatt li l-Black Cabs huma awtorizzati jużaw il-mogħdijiet għall-karozzi tal-linja fit-toroq pubbliċi fis-sigħat li fihom il-limitazzjonijiet ta’ moviment fir-rigward ta’ dawn il-mogħdijiet japplikaw filwaqt li l-minicabs huma preklużi milli jiċċirkulaw fuqhom, ħlief biex jieħdu u jwasslu xi passiġġieri li jkunu rriżervaw minn qabel, huwa tali li jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, liema fatt huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.