Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tal-5 ta’ April 2022 –
Kappes vs Sedus Stoll u l-EUIPO
(Kawża C‑784/21 P)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Artikolu 170b tar-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas li jintlaqa’ l-appell”
1. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punt 14)
2. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punti 15 sa 17)
3. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kuntrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)
(ara l-punti 18, 19)
Dispożittiv
1) | | L-appell ma huwiex ammess. |
2) | | Wolfgang Kappes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |