Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 – Costa Crociere vs UASI - Guerlain (SAMSARA)

(Kawża T-388/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Costa Crociere SpA (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guerlain SA (Levallois-Perret, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tat-13 ta’ Mejju 2013, mogħtija fil-Każ R 2049/2011-4; u

tordna lill-partijiet l-oħra sabiex iħallsu lura l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-UASI, kif ukoll matul il-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali SAMSARA għal servizzi fil-klassi 44 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 979 122

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 497 966 tat-trade mark verbali SAMSARA għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja 1 .

____________

1 ĠU L 78, p. 1.