Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

(Kawża T-387/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE – Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia – Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá , il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Bertoli u Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nadine Hélène Jeanne Hautrive (Chatou, Franza) (rappreżentant: J. Beaumont, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Nadine Hélène Jeanne Hautrive.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia.Nadine Hélène Jeanne Hautrive għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 274, 21.9.2013.