Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 - Galderma vs UASI- Lelas (Nanolat)

(Kawża T-6/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Nanolat - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TANNOLACT - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Galderma SA (Cham, l-Iżvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Tihomir Lelas (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, avocat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Ottubru 2006 (Każ R 146/2006-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Galderma SA u Tihomir Lelas.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ġalderma SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 56, 10.3.2007.