Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2010 - Grupo Promer Mon Graphic vs UASI - PepsiCo (Rappreżentazzjoni ta' oġġetti promozzjonali ċirkulari)

(Kawża T-9/07)1

["Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità- Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta oġġetti promozzjonali ċirkulari - Disinn Komunitajru preċedenti - Raġuni ta' invalidità - Kunflitt - Nuqqas ta' impressjoni globali differenti - Kunċett ta' kunflitt - Prodott inkwistjoni - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Utent informat - Artikolu 10 u Artikolu 25(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Promer Mon Graphic, SA (Sabadell, Spanja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta' Ottubru 2006 (Każ R 1001/2005 3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Grupo Promer Mon Graphic, SA u PepsiCo, Inc.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta' Ottubru 2006 (Każ R 1001/2005-3) hi annullata.

2)    L-UASI u PepsiCo, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta' Grupo Promer Mon Graphic, SA fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)    L-UASI u PepsiCo, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta' Grupo Promer Mon Graphic, SA fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 56, 10.3.2007.