Language of document : ECLI:EU:T:2017:617





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – IlĠermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T21/10)

“Rikors għal annullament – FEDER – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 65, 66)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))

(ara l-punti 73, 76)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali fir-reġjun Objettiv 2 tal-Land Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali fir-reġjun Objettiv 2 tal-Land Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

2)

Il-Kummisjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.