Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Noord-Holland, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi Baxxi) fil-11 ta’ Jannar 2022 – PR Pet BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

(Kawża C-24/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland, zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PR Pet BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

Domandi preliminari

L-intestatura 9403 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li strutturi għall-grif tal-qtates komposti minn diversi materjali, intiżi sabiex jitqiegħdu mal-art fl-ispazji (ta’ għajxien) u sabiex jibqgħu hemmhekk sabiex il-qtates ikunu jistgħu jixxabbtu magħhom, joqogħdu bilqiegħda fuqhom u jimteddu fuqhom u jigirfu magħhom, ma jaqgħux taħt din l-intestatura tan-Nomenklatura Magħquda, minħabba li huma ta’ natura differenti fis-sens tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda 1 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2014 tat-3 ta’ April 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda 2 ? Fil-każ ta’ natura differenti li tipprekludi l-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9403 tan-Nomenklatura Magħquda, liema hija din in-natura differenti?

Ir-risposta għall-ewwel domanda għandha konsegwenzi għall-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2014 tat-3 ta’ April 2014?

____________

1     ĠU 2013, L 322, p. 8.

1     ĠU 2014, L 104, p. 4.