Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna –Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Sentenza Altmark – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Falliment tas-suq – Kumpens żejjed”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u D. Gillet, sussegwentement D. Gillet u H. Viaene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti); Dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J.-D. Bloch u G. O’Mahony, avukati); u Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentant: L. Feldman, avukat)SuġġettTalba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, (għajnuna mill-Istat N 331/2008 – Franza).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Orange għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Id-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, Sequalum SAS u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.