Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2010 - Cross Czech vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-252/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta' verifika finanzjarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' osservanza ta' rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cross Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Marzu 2010, li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika magħmula fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq sottomessi mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta' Frar 2005 u t-30 ta' April 2008 fir-rigward tal-proġetti eMapps.com, CEEC IST NET u Transfer-East.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________