Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2010 - Bundesverband deutscher Banken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/06) 1

"Għajnuna mill-Istat - Trasferiment ta' assi pubbliċi favur Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale - Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna - Kriterju tal-investitur privat - Obbligu ta' motivazzjoni - Diffikultajiet serji"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband deutscher Banken eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer u K.-S. Scholz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Hessen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H.-J. Freund u M. Holzhäuser, sussegwentement minn H.-J. Freund u S. Lehr, avukati); u Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Freund, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3232 finali, tas-6 ta' Settembru 2005, dwar it-trasferiment tal-Hessischer Investitionsfonds lil Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale bħala kontribuzzjoni taċita.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bundesverband deutscher Banken eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Land Hessen u tal-Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale.

____________

1 - ĠU C 96, 22.4.2006.