Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Zoom vs EUIPO – Facetec (ZOOM)

(Kawża T-204/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali ZOOM – Trade marks figurattiva u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zoom KK (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Facetec, Inc. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2020 (Każ R 507/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zoom KK u Facetec.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zoom KK hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 201, 15.6.2020.